Nibdew b’żewġ mistoqsijiet ħfief:
Liema hi t-tajba, imlieha jew imliha?
It-tajba l-ewwel waħda: imlieha.
U liema hi t-tajba, ixtrieha jew ixtriha?
It-tieni waħda: ixtriha.
Kif tkun taf?
Meta jkollna verb u pronom mehmuż (bħal -h, -ha u -hom), ħafna jiġu bejn ħaltejn jiktbux i jew ie. Hemm metodu veru faċli kif tkun taf liema għandek tikteb.
- Aqsam il-kelma:
Il-verb ixtr_ha magħmul minn ixtri u l-pronom mehmuż -ha - Ara biex jispiċċa l-verb:
Kif taqsmu, tara li jispiċċa bl-i - La jispiċċa bl-i, ħalliha i:
ixtri mela ixtrih, ixtriha, ixtrihom
U jekk jispiċċa bl-a?
F’dak il-każ daħħal ie. Insegwu t-tliet passi li tgħallimna:
- Aqsam il-kelma:
Il-verb iml_ha magħmul minn imla u l-pronom mehmuż -ha - Ara biex jispiċċa l-verb:
Din id-darba jispiċċa bl-a - La jispiċċa bl-a, l-a ssir ie:
imla mela imlieh, imlieha, imliehom
Hekk faċli, le, bro?
Nipprattikaw erbgħa oħra?
Niktbu
ibnih (għax ibni + h) imma ibdieh (għax ibda + h)
ikriha (għax ikri + ha) imma insieha (għax insa + ha)
int keċċih (għax keċċi + h) imma hu keċċieh (għax keċċa + h)
int semmiha (għax semmi + ha) imma hu semmieha (għax semma + ha)
int staqsihom (għax staqsi + hom) imma hu staqsiehom (għax staqsa + hom)
L-istess jgħodd għal pronomi mehmużin oħrajn
għada jmexxini (imexxi + ni) imma lbieraħ mexxieni (mexxa + ni)
għada jirnexxili (jirnexxi + li) imma lbieraħ irnexxielu (irnexxa + lu)
għada jittradina (jittradixxi + na) imma lbieraħ ittradiena (ittradixxa + na)
għada jikkoreġikom (jikkoreġi + kom) imma lbieraħ ikkoreġiekom (ikkoreġa + kom)
għada jiddispjaċik (jiddispjaċi + k) imma lbieraħ iddispjaċiek (iddispjaċa + k)