Żewġ kelmiet jew aktar li jinstemgħu l-istess imma jinkitbu differenti jissejħu omofoni.
Din hi ġabra ta’ għaxar omofoni fil-Malti. Studjahom sew u wara pprova dan il-kwiżż.
għada | għadha
għada = tomorrow
għadha = she still is
Iz-zija għadha Ruma, tasal Malta għada.
xagħar | xahar
xagħar = hair
xahar = month
Darba fix-xahar tmur għand tax-xagħar.
sena | sengħa
sena = year
sengħa = trade, craft
Ilha għoxrin sena tħarreġ lin-nies fis-sengħa tal-iskultura.
dar | dahar
dar = house / he turned
dahar = back
Kien id-dar, dar dawra u ħabat rasu ma’ dahar is-siġġu.
kolla | kollha
kolla = glue
kollha = all
Xtara l-kolla u qalibha kollha.
kas | każ
kas = attention
każ = case
Jekk ħadd ma jagħti kas, se naqbżu l-mitejn każ.
kera | kerha
kera = rent
kerha = ugly
Kerha li l-kera dejjem togħla.
għar | agħar
għar = cave
agħar = worse
Daħlet ġol-għar u ħassitha agħar.
għama | agħma
għama = he grew blind
agħma = blind
Il-pony agħma mit-twelid, imma ż-żiemel għama meta kiber.
sema | sema’
sema = sky
sema’ = he heard
Bl-aħbar li sema’ kien fis-seba’ sema.