Laqmijiet tal-Ħaxixa 2018-05-05T09:54:03+00:00

Project Description

Dan l-aħħar qiegħda fuq fomm kulħadd… Il-kelma, biex niftiehmu. Imma mhux kulħadd jaf li għandna skoss laqmijiet ikkuluriti għaliha. Fost l-aktar magħrufin hemm dawn li ġejjin.

 

il-ħaxix

Xi ismijiet għandhom x’jaqsmu mal-ħaxix u l-ħxejjex, bħal ħass, tursinaħdar jew ħadrapjanta, fjura, turf, u naturalment ħaxixa. X’ċuċ hu Jesmond tal-ħaxix!

l-ikel

Il-cannabis jassoċjawha ma’ ħafna tipi ta’ ikel. Miċ-ċikkulata sal-laħam (jew laħma), mill-mushrooms sal-ħobż (jew il-ħobża ta’ kuljum) sal-burger u saħansitra l-KFC. Bil-ġuħ jew bl-aptit, reggae?

xebgħa oġġetti

U meta ngħid oġġetti, jiġifieri oġġetti random għall-aħħar. Ballun, rubberband, sapuna, gomma (għax tħassrek?), boroż, blokka, sigarett, DVD, nanna. Anki n-nanna tpejjipha?!

kliem Ingliż

Xi laqmijiet ġejjin mill-Ingliż. Fosthom hemm weed, joint, artificial, smiley, smoke, marijuana, cannabis u roundabout. Għax hawn Malta mhux monumenti għamla ta’ stanga biss jikbru fir-roundabouts!

X’suppost nikteb hawn? Jekk se tpejjep, issuqx.

Marija Caruana

Il-ħaxixa magħrufa wkoll b’ismijiet personali, bħal Karmelina, Wendy, Jason u Johnny. Xi kultant tkun magħrufa b’żewġ ismijiet jew bl-isem u l-kunjom b’kollox. L-aktar famużi Mary Jane u Marija Caruana. Meta tiġi biex tagħżel isem għal uliedek, one, aħsibha darbtejn, u two, isma’ minni, tpejjiphiex.