5 sensi ta’ salib 2018-03-30T11:31:53+00:00

Project Description

tifsira 1

zokk wieqaf u ieħor mimdud li fi żmien ir-Rumani kien forka li fuqha jintrabtu jew jissammru qattiela u ħallelin
rabtuh mas-salib
kull xbieha ta’ hekk, kurċifiss, simbolu tat-twemmin Nisrani,
ma’ għonqha għandha salib tad-deheb
kif ukoll is-sinjal li l-Insara jagħmlu bl-id il-leminija
qabel bdiet taħdem, raddet is-salib

tifsira 2

ħaġa għamla ta’ salib, bħal toroq li jaqsmu lil xulxin jew żewġ linji mħażżin waħda kontra l-oħra
il-ħanut qiegħed f’salib it-toroq
ma jafx jikteb u biex jiffirma jagħmel salib
kif ukoll isem xitla b’weraq forma ta’ salib
il-pjanta salib l-art magħrufa wkoll bħala għatba jew xewk tal-għatba

tifsira 3

oġġett għamla ta’ stilla
is-salib tal-Kavallieri fih tmien ponot
u ekinoderma tal-baħar għamla ta’ stilla ċatta
starfish bil-Malti tissejjaħ salib il-baħar

tifsira 4

dwejjaq, inkwiet, għawġ
kulħadd għandu xi salib x’jerfa’
min m’għandux salib għandu domna

tifsira 5

xi ħadd li joħloq l-inkwiet
ma nafx kif tissaportik ommok, x’salib fik
għandi salib bik

 

Jekk ma tridx li nroddlok is-salib, ilħaq salibek, salib!