Bis-saħħa ta’ Keith Attard, l-awtur ta’ Ballun Pinġut, għaqqadna dan l-alfabett tat-Tazza tad-Dinja 2018:

a ta’ ankradak il-plejer li jilgħab quddiem id-difiża u joqgħod hemm biex jilqa’ l-attakki, inaqqashom u jkissirhom, bħalma hu Fernandinho għat-tim Brażiljan

b ta’ baqgħu d-darngħidu aħna t-Taljani li lanqas biss ikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja

ċ ta’ ċeda postumeta ssir sostituzzjoni u jidħol plejer flok ieħor

d ta’ dawru ċippitatumeta plejer jidħak bl-avversarju għal darba tnejn u jħallih jagħqad fil-vojt

e ta’ eleganti bil-ballunmeta plejer ikun fin bil-ballun u jpaxxi l-għajn, ngħidu aħna Messi u Neymar li bil-ballun kapaċi jagħmlu li jridu

f ta’ festa ta’ futbolbħalma kellna din id-darba għal xahar sħiħ, b’total ta’ 64 logħba

ġ tal-Ġappunminkejja l-eliminazzjoni, il-Ġappuniżi taw tagħlima lil kulħadd għax naddfu l-grawnd u ħallew id-dressing room pupilla

g ta’ gowl tal-bandieragowl ta’ konsolazzjoni li jsir lejn l-aħħar tal-partita mit-tim li jkun qed jitlef u ma jkollu l-ebda impatt fuq ir-riżultat finali, bħal dak tal-Panama kontra l-Ingliżi (6-1), li għalihom kien l-ewwel gowl f’edizzjoni ta’ Tazza tad-Dinja

għ ta’ għandu s-santi, plejer li jkollu xortih tajba u jgħidu li jkollu l-qaddisin jaqbżu għalih

h ta’ Harry Kane, it-top scorer s’issa ta’ din it-Tazza tad-Dinja b’sitt gowls

ħ ta’ ħadu l-banana, bħalma ġralhom l-Ingliżi wara li għamluha fatta li “it’s coming home”

i ta’ ivvinta gowl, meta plejer jagħmel gowl sabiħ u ħadd ma jkun jaf minn fejn ġabu, bħax-xutt mibrum tad-difensur Pavard ta’ Franza li għadu joħlom bih sal-lum

j ta’ jilgħab biż-żewġ saqajn, meta plejer ikun kapaċi juża siequ l-leminija u x-xellugija tajjeb ħafna

k ta’ keskes il-ballun, meta plejer jitfa’ l-ballun ’il fuq għat-tul u bl-addoċċ meta jkun seta’ lagħbu ma’ sħabu

l ta’ lotterija tal-penalties, bħalma biha rebħu l-Ingliżi kontra l-Kolombjani għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom tat-Tazza tad-Dinja, jew bħalma biha l-Kroazja rebħu tliet darbiet

m ta’ mxietlu l-lasta, botta ta’ nkejja li jgħaddi xi ħadd wara li plejer ikun tilef ċans tajjeb ta’ gowl għax ikun tefa’ l-ballun barra

n ta’ nixfa ta’ gowls, meta logħba tispiċċa mingħajr gowls; f’din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, logħba waħda biss – Franza kontra d-Danimarka – spiċċat xejn b’xejn

o ta’ opportunist, tingħad lil dak il-plejer li jkollu x-xamma tal-gowl, jiġifieri jkun jaf jaħtaf l-iċken okkażjoni u jkun fil-post eżatt biex jiskorja mill-ewwel

p ta’ pinġihulu, bħal dak il-free kick ta’ Ronaldo kontra Spanja li ġabu eżatt fejn ried hu

q ta’ qala’ xutt, tingħad meta plejer jixxuttja, aktarx wieħed b’saħħtu

r ta’ ra l-gamiem, tingħad meta plejer jixxuttja għoli ħafna u jkun għoddu laqat xi għasfur

s ta’ saba’ tan-nofs, bħal ta’ Robbie Williams fiċ-ċerimonja tal-ftuħ u ta’ Maradona fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-gowl kontra n-Niġerja

t ta’ tar għall-ballun, bħalma għamel Jordan Pickford fl-aħħar battuti tal-partita kontra l-Kolombja

u ta’ umiljazzjoni, bħalma ġarrbu l-Ġermaniżi li r-round tal-aħħar sittax lanqas biss xammewh

v ta’ VAR: Video Assistant Referee, li ntuża għall-ewwel darba f’edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja

w tal-waqgħat ta’ Neymar: jirrombla, jitmiegħek u jiżżelleġ mal-art malli jagħrxu xi ħadd

x ta’ xewka, plejer li m’għandux kwiet, il-ħin kollu jdejjaq lill-avversarju, u ma jagħtihx ċans jagħmel dak li jixtieq… bħalma kien Mbappe ta’ Franza f’din it-Tazza tad-Dinja

ż ta’ żifen bil-ballun, meta wieħed ikun kunfidenti u juri x’jaf bil-ballun, ngħidu aħna Cuadrado tal-Kolombja… jew bħaż-żifna sinkronizzata tat-tim Senegaliż fit-taħriġ jew fil-warming up li ġibdet is-simpatija ta’ ħafna partitarji newtrali

z tat-taZZa, min se jgħolliha FranZa jew il-KroaZja?