Xemx

kliem u mużika: Dominic Grech
kantata minn The Tramps

Lilek inħobbok
bil-wisq mhux ftit
dejjem ġo qalbi
jien naħseb fik

Iva lilek inħobbok
Iva lilek irrid

Xemx wisq sabiħa
lilek inħobb
Ġawhra ta’ qalbi
lilek irrid

Fin-niket u fl-hena
niftakar fik
għax inti tfarraġni
nistabar bik

Iva lilek inħobbok
Iva lilek irrid

Xemx wisq sabiħa
lilek inħobb
Ġawhra ta’ qalbi
lilek irrid

Xemx wisq sabiħa
lilek inħobb
Ġawhra ta’ qalbi
lilek biss irrid

Iva lilek inħobbok
Iva lilek irrid

Xemx wisq sabiħa
lilek inħobb
Ġawhra ta’ qalbi
lilek irrid

Ftit ieħor daqt jasal
dak il-mument
li inti tkun tiegħi
għal dejjem ħdejk

Iva lilek inħobbok
Iva lilek irrid

Xemx wisq sabiħa
lilek inħobb
Ġawhra ta’ qalbi
lilek irrid