X’għedna
Dwar il-verb tal-ewwel forma bl-għ fit-tarf, għedna li:
- nużaw il-mudell kiser għal verbi sħaħ bħal beża’, laqa’ u baqa’
- nużaw il-mudell ħareġ meta t-tieni konsonanti tal-verb tkun l, m, n jew r, bħal tela’, sema’ u żera’
U jekk l-ewwel konsonanti tal-verb tkun dgħajfa?
Fil-każ ta’ verbi bħal waqa’, weġa’ u wesa’, nużaw il-mudell wiżen (jew wiret).
| wiżen | waqa' | wiżen | weġa' |
|---|---|---|---|
| imperfett | imperfett | perfett | perfett |
| niżen | naqa' | wiżint / wżint | waqajt |
| tiżen | taqa' | wiżint / wżint | waqajt |
| jiżen | jaqa' | wiżen | waqa' |
| tiżen | taqa' | wiżnet | waqgħet |
| niżnu | naqgħu | wiżinna / wżinna | waqajna |
| tiżnu | taqgħu | wiżintu / wżintu | waqajtu |
| jiżnu | jaqgħu | wiżnu | waqgħu |
Mela fuq |
niktbu |
| jiżinli | jaqagħli |
| ma wiżinlekx | ma waqagħlekx |
| qed tiżinni | qed tuġagħni spallti |
| wiżnuni | weġgħuni snieni |
| ma jiżinniex | ma jesagħniex it-teatru |
| wiżnitna | wesgħetna l-karozza |
U n-nomi?
Niktbu l-verb weġa’ bħall-verb wiżen
imma n-nom weġgħa bħan-nom wiżna
u uġigħ/wġigħ bħal użin/wżin
Hekk ukoll, niktbu:
il-verb waqa’ imma n-nom waqgħa, eż. waqajt waqgħa waqgħun
il-verb wesa’ imma n-nom wesgħa, eż. bnew kappella f’nofs il-wesgħa
Waqt li n-nom wesgħa jfisser spazju miftuħ, wisa’ jfisser ftuħ, eż. m’hawnx wisa’.