Ħaġa moħġaġa

Il-ħaj jerfa’ l-mejjet
U l-mejjet jgħidlu ħaj

Biex tara t-tweġiba, agħżel il-kitba t’hawn taħt.

Tweġiba: Il-bejjiegħ tal-ħut

Għaliex: Il-ħaj hu l-bejjiegħ tal-ħut u l-mejjet hu l-ħut fil-kavetta li l-bejjiegħ iġorr fuq rasu hu u jgħajjat “Ħajjin!” biex iħajjar lin-nies jixtru. Għax l-għajta nofs il-bejgħ.

Ħajr
Cassar Pullicino, Ġużè (2003) Ħaġa Moħġaġa u Taħbil il-Moħħ Ieħor. Malta.