Ilsien it-trabi 2018-03-12T19:24:09+00:00

Project Description

Mat-trabi u mat-tfal ċkejknin nitħaddtu mod ieħor:
Abbni l-kukklu kukklu tan-nannina.
Ejja mmorru Bambin. Tih kiss lil Jesus.
Eqq, dak tmissux, dak puff.

Din li ġejja hi lista ta’ kliem li l-kbar jużaw maż-żgħar. Jużaw… il-kelma ġġib hekk. Ħafna minnhom m’għadhomx jingħadu daqstant. Imma oħrajn ngħiduhom spiss, bħal din il-kelma…

mimmi

Fejn għandek mimmi, sabiħ?
Ħafna mill-kliem tat-trabi jkun sempliċi, b’ripetizzjoni ta’ ħoss jew sillaba, bħal mimmi, ħalli tkun faċli għat-trabi biex ilissnuh sakemm jitilqu lsienhom.
Bilħaqq, mimmi tfisser ukoll il-ħabba tal-għajn. Nużawha fl-idjoma jħobbha daqs il-mimmi t’għajnejh.

[table id=7 /]

pappa

Din nużawha sew bħala verb, Ejja ħa tpappi, u sew bħala nom, Ħadtha l-pappa?
Anki fil-qwiel insibuha. L-ewwel il-pappa u mbagħad l-umpappa, jiġifieri l-ewwel aħseb għall-pappa, għall-ħobża ta’ kuljum, u wara għax-xalar u d-divertiment. Ngħidu wkoll Dak ipappiha, jiġifieri jaqlagħha bla inkwiet ta’ xejn.
M’għandniex xi ngħidu, ħafna mill-kliem tat-trabi jkun dwar l-ikel u x-xorb. Kul ħa tikber!

[table id=8 /]

ċuffa

Xi wħud huma onomatopejċi. Jimitaw il-ħoss ta’ dak li jfissru, bħal ċuffa, jiġifieri tgħum, tinħasel, iċċafaċaf. U dawn bħalhom.

[table id=9 /]

zizi

Semmejna t-tuttu, iż-żiemel, u l-beqqa, il-mogħża. L-annimali nsibuhom spiss fil-lingwaġġ tat-trabi. Kollha tafhom dawn l-ismijiet tal-annimali?

[table id=10 /]

 

patatina

Miskin, għandu l-patatina ħamra.
Mat-trabi kemm-il darba nużaw id-diminuttiv, l-aktar għal xi partijiet tal-ġisem. Imma hemm xi verbi wkoll.

[table id=11 /]

 

Taf xi kelma oħra li nużaw maċ-ċkejknin?