għalaqt snieni
Jien id-dentatura għalaqt.
Is-snien li għandek f’ħalqek.
Is-snin li tagħlaq kull sena.
Jekk trid tibża’ għal snienek, terġax!
adoloxxenti
Meta adolexxenti tiktibha adoloxxenti, ikun moħħok fil-pastizz hux?
Adolexxenti, adolexxenza, adolexxenzjali. Mur u tagħmilx aktar għ***ati.
numbru
Imbilli bl-Ingliż fiha l-B ma jfissirx li għandek iddeffisha fil-Malti wkoll.
Numru. Numri. Kapixx? Jekk terġa’ tiktibha bil-B, numbrak.
taf x’alli
Taf x’alli t-tabib?
Li għandek bżonn titqanżaħ aktar biex tħoss il-Q?
Taf x’Qalli, bil-Q. Qal. Q.A.L. Qal-bagħla dinja!
għamlu u qamlu
Hemm differenza bejn għamlu u qamlu.
Għamlu bla Q ta’ qronta, qronta!