Sindikajr
min iħobb jissindika,
moħħu x’inhu jagħmel ħaddieħor,
l-hena tiegħu jilħaq salib in-nies
Kurżità
Il-kelma hi magħmula miz-zokk ta’ ssindika u -ajr.
Il-verb issindika ġej mit-Taljan sindacare, jiġifieri tkun moħħok fin-nies u f’li jkunu qegħdin jagħmlu biex tiġġudikahom u tikkritikahom.
Id-denb -ajr hu suffiss peġġorattiv. Jintuża ma’ kliem bħal kurżitajr (xi ħadd kurjuż ħafna li jindaħal fejn ma jesgħux), ħabsajr (min dieħel u ħiereġ il-ħabs) u każajr (min jitkaża b’kull ħaġa ta’ xejn)