Nota: Jekk toffendi ruħek b’lingwaġġ vulgari, tkomplix taqra.

Komplejt taqra hux, ja brikkun l’int ;-) Għandna grupp ta’ kliem ivvintat, aktarx miż-żgħażagħ, li m’għandux tifsira vera u proprja. Qiegħed hemm biex jirrima ma’ xi espressjoni vulgari. Dan il-kliem isir bħal kodiċi sigriet għall-klikka li tużah. Ħafna drabi nużawh biex inwaqqgħu għaċ-ċajt lil dak li jkun, speċjalment jekk ma jkunx jagħmel parti mill-grupp. Malli jisma’ l-kelma jistaqsi, “Xi tfisser?”, u talli kien kurjuż, ilaqqat tweġiba umoristika u baxxa (u meta ngħid baxxa, jiġifieri kif tlesti, mur qerr).

otorġu

Daħħlu f’s*rmok u erġa’ oħorġu.
Tingħad ukoll lil min iweġġa’ sebgħu.

A: Aħħ għalaqt sebgħi fil-bieba.
B: Otorġu!

Bħalha hemm:
Itnih: Daħħlu f’s*rmok u ħallih!

 

żlaċċu

Iż-żlieġa tal-paċċu jew l-għaraq ta’ mal-paċċu.
Dwar il-parti tal-mara hemm ukoll:
Fgoru: għ*xx ta’ soru
Garibaldi: l-għaraq ta’ bejn il-faldi.

 

trejża

It-tielet żejża.
M’għandix xi nżid.

 

Wied Gormi

Bejn il-b*jd u x-xaqq ta’ s*rmi.
Tmurx tfittxu fuq Google Maps.

 

pjoti

Ż*bb imqatta’ roti roti
Dwar il-parti tar-raġel hemm ħaaaafna oħrajn. Fosthom:
Trumpant: ż*bb ta’ ljunfant
Qronta: ż*bb bil-ponta
Ċoqmos: ż*bb joqmos
Semel: ż*bb ta’ ġemel
Xkupetru: ż*bb ta’ skanetru (skeletru)
Ganu: ż*bb ta’ nanu
Farqan: ż*bb għarqan
Buruna: ż*bb ta’ fekruna
Paladin: ż*bb ta’ xadin
Argastru: ż*bb ta’ granmastru
Munkan: ż*bb ta’ Dumnikan
Arkan: ż*bb il-kappillan
Ċikkumbrejja: ż*bb tal-ħġieġ biex taraha ġejja

Taf xi “kelma” oħra bħal dawn?