Il-Milied iġib miegħu s-siġra bid-dwal iteptpu, ir-rigali mgeżwrin, il-presepju u l-Bambin imdawwar bil-ġulbiena, l-imbuljuta, il-panettone, il-mince pies, u skoss logħob bil-kliem, minn dawk li ssib fil-karti tal-Baci, li meta taqrahom bejn tkun trid titbissem u bejn tkun trid tgara l-kaxxa taċ-ċikkulatini lil min kitibhom!

X’qal hu u jarma l-presepju?
Oħroġ il-għaġeb, reġa’ wasal il-Milied

Liema sorijiet iħobbuh l-aktar lil Father Christmas?
Tal-Klawsura

U min jibża’ minnu x’jgħidulu?
Klawstrofobiku

Xi qlajt għall-Milied?
Kulma xrobt f’lejlitu

L-assistent ta’ Santa Klaws biex iżejjinha s-siġra tal-Milied?
Bil-bozoz tal-elf

X’kantalha r-raġel lil martu għax ma xtralha xejn din is-sena?
Nini Nini dal-Milied

X’jissejħu żewġ assistenti ta’ Santa Klaws?
Elfejn

Father Christmas ikun xogħol lejlet il-Milied.
U l-mara kull darba tgħajjat miegħu,
“U s-Santa, dejjem xogħol!”

ta’ Maria Debono

Aqsamhom ma’ min għandu bżonn jidħak tnejn dan il-Milied