Trid tgħabbi? Insa l-klassiċi bħal Għandek ħin? jew Għandek nar?
Insa l-Aw sabiħa, l-Aw koxxa u l-Aw slajs imħanxrin mit-tieqa tal-karozza.
Hawn għandek ħames frażijiet biex tgħabbi ta’ veru. Garanzija li jekk ma tgħabbix, tal-inqas iddabbar tbissima jew daqqa ta’ ħarta.

 

tad-direttorju

Qed nikteb direttorju tat-telephone
Tini waħda n-numru tiegħek

tal-fanali

Vera jogħġbuni l-fanali tiegħek
Nista’ ntik service u ntellgħek għall-VRT?

tad-DHL

Għal li jista’ jkun taħdem mad-DHL?
Le, għala?
Għax ilek tħarisli lejn il-pakkett

tal-ponot

Kemm nixtieq kont ponta f’wiċċi
Ħalli nifqgħek kull filgħodu

tal-jaqaw

Jaqaw missierek electrician?
Għax ħawwadthomli l-wires

Jaqaw missierek sajjied?
Għax fik qabda

Jaqaw missierek arluġġar?
Għax fik siegħa logħob

Jaqaw int alarm?
Għax tqajjimhuli

Jaqaw int mera?
Għax vera narani ġo fik

Jaqaw missierek fire engine?
Għax ġibtni ilma

Jaqaw missierek tad-doughnuts?
Għax qed iċċaqlaqli l-jelly

Jaqaw missierek sagristan?
Għax dawk il-qniepen taf kif indoqqhomlok

Jaqaw missierek jieħu r-ritratti?
Għax vera żviluppata tajjeb eh

Jaqaw missierek bil-mustaċċi?
Le
Eh xejn, mela ommok kienet!