X’għedna

Dwar il-verb tal-ewwel forma bl-għ fit-tarf, għedna li:

  • nużaw il-mudell kiser għal verbi sħaħ bħal beża’, laqa’ u baqa’
  • nużaw il-mudell ħareġ meta t-tieni konsonanti tal-verb tkun l, m, n jew r, bħal tela’sema’ żera’

U jekk l-ewwel konsonanti tal-verb tkun dgħajfa?

Fil-każ ta’ verbi bħal waqa’, weġa’ u wesa’, nużaw il-mudell wiżen (jew wiret).

wiżenwaqa'wiżenweġa'
imperfettimperfettperfettperfett
niżennaqa'wiżint / wżintwaqajt
tiżentaqa'wiżint / wżintwaqajt
jiżenjaqa'wiżenwaqa'
tiżentaqa'wiżnetwaqgħet
niżnunaqgħuwiżinna / wżinnawaqajna
tiżnutaqgħuwiżintu / wżintuwaqajtu
jiżnujaqgħuwiżnuwaqgħu

 

Mela fuq

niktbu

jiżinli jaqali
ma wiżinlekx ma waqalekx 
qed tiżinni qed tuġani spallti
wiżnuni weġuni snieni
ma jiżinniex ma jesaniex it-teatru
wiżnitna wesetna l-karozza

 

U n-nomi?

Niktbu l-verb weġa’ bħall-verb wiżen
imma n-nom weġgħa bħan-nom wiżna
u uġigħ/wġigħ bħal użin/wżin

Hekk ukoll, niktbu:
il-verb waqa’ imma n-nom waqgħa, eż. waqajt waqgħa waqgħun
il-verb wesa’ imma n-nom wesgħa, eż. bnew kappella f’nofs il-wesgħa  

Waqt li n-nom wesgħa jfisser spazju miftuħ, wisa’ jfisser ftuħ, eż. m’hawnx wisa’.