Il-partiċipju attiv qiegħed jinkiteb:
qiegħed bħal kiesaħ
qiegħda bħal kiesħa
qegħdin bħal kesħin
Mela niktbu:
It-tifel qiegħed jiekol
It-tifla qiegħda tiekol
It-tfal qegħdin jieklu
Ftakar li f’xi kuntesti tista’ tuża qed minflokhom it-tlieta, jiġifieri:
It-tifel qed jiekol
It-tifla qed tiekol
It-tfal qed jieklu