Kull deni 2018-03-09T07:33:08+00:00

Project Description

Qawl

Kull deni ħudu b’ġid

Varjanti

Ġie waqt illi d-deni ġie bil-ġid
Mill-ħażin joħroġ it-tajjeb

Kurżità

Qwiel simili nsibuhom f’ilsna oħrajn, bħat-Taljan Non tutto il male viene per nuocere (Mhux kull deni jagħmel il-ħsara), l-Isqalli D’un mali spissi voti nni nasci un beni (Mid-deni spiss jinbet il-ġid), il-Franċiż A quelque chose malheur est bon (Kultant id-deni jkun ta’ ġid), l-Ispanjol No hay mal que por bien no venga (M’hemmx deni li minnu ma joħroġx ġid), u saħansitra l-Ġappuniż, Imqar l-isfortuna, wara tlett ijiem taf tkun ta’ ġid. L-Ingliż jgħidha mod ieħor, imma t-tifsira l-istess: Every cloud has a silver lining.

Ħajr
Aquilina, Joseph (1972) A Comparative Dictionary of Maltese Proverbs. Malta.