Ħaġa moħġaġa

Libsa bajda
Żaqqu safra
Rasu ħamra
U jarmi l-griż

Biex tara t-tweġiba, agħżel il-kitba t’hawn taħt.
Tweġiba: is-sigarett


Għaliex:
Il-karta tas-sigarett tkun bajda u l-loqma safra.
Meta tqabbdu, il-ġamra tkun ħamra u l-irmied li jarmi jkun griż.

Ħajr
Cassar Pullicino, Ġużè (2003) Ħaġa Moħġaġa u Taħbil il-Moħħ Ieħor. Malta.