Qabelxejn, hemm differenza bejn sena (year), is-singular ta’ snin, u sengħa (trade, craft), is-singular ta’ snajja’.
Biex niktbu sengħa, tebgħa, qatgħa, roqgħa u telgħa nużaw il-mudell rokna:
rokna | sengħa | tebgħa | qatgħa | roqgħa | telgħa |
---|---|---|---|---|---|
rkejjen | snajja' | tbajja' | qtajja' | rqajja' | tlajja' |