Żewġ vokali joqogħdu ħdejn xulxin?

 

Insa x’kienet tgħidlek Miss Grima.
F’kelma nistgħu niktbu żewġ vokali ħdejn xulxin meta l-ewwel vokali tkun a, e jew o
a    attraenti, kokaina, kaos, straordinarju, maestuża, Iżraeljan
e    idea, proteina, koreografija, ateu, Neolitiċi, Ewropea
o    koala, poeta, egoiżmu, proattiv, koerenza, jikkoabitaw

 

 

Biss, meta l-ewwel vokali tkun i, inżidu j bejn iż-żewġ vokali
i     dijabete, klijent, bijoloġiku, pijunier, industrijali, nutrijenti
Meta l-ewwel vokali tkun u, inżidu w bejn iż-żewġ vokali
u    pruwa, influwenza, altruwist, kjuwijiet, duwaliżmu, nannuwi

 

Oqgħod b’seba’ għajnejn għall-prefissi.
Wara prefiss jispiċċa bl-
i ma nżidux j qabel kelma tibda b’vokali.
anti-     antieroj, antiossidanti, antiallerġiku
ri-          riedukat, riabilitazzjoni, riinterpretazzjoni
semi-   semiawtomatika, semiuffiċjali, semiillitterat
tri-        trianglu, triennali, triatomika

 

U bejn kliem differenti?
Tista’ kelma tibda b’vokali jekk ta’ qabilha tkun tispiċċa b’vokali wkoll?

 

Iva, fil-fatt niktbu tazza ilma.
Imma mbagħad niktbu tazza nbid (mhux tazza inbid).
Kif taħdem il-biċċa?

 

Meta l-vokali tkun parti mill-kelma (bħall-i ta’ ilma), tibqa’ hemm, ma taqax

tazza ilma bagħatli ittra siġġu isfar mara intelliġenti
morna ikla għandi insett riedu issa ħafna ismijiet
ejja iżfen turisti Ingliżi kienu isbaħ ġara inċident

 

Iżda żewġ vokali ma joqogħdux ħdejn xulxin meta waħda mill-vokali tkun tal-leħen (u allura mhix biċċa waħda mill-kelma)

flixkun inbid  imma tazza nbid
ftit irġiel  imma ħafna rġiel
jien immur  imma aħna mmorru
it-tifel ikkalma  imma il-ġuvni kkalma
ġiet imbagħad  imma ġie mbagħad

 

Ftehemna?

 

Jekk fhimthom, sfida lil sħabek f’dan il-kwiżż.