Mat-trabi u mat-tfal ċkejknin nitħaddtu mod ieħor:
Abbni l-kukklu kukklu tan-nannina.
Ejja mmorru Bambin. Tih kiss lil Jesus.
Eqq, dak tmissux, dak puff.

Din li ġejja hi lista ta’ kliem li l-kbar jużaw maż-żgħar. Jużaw… il-kelma ġġib hekk. Ħafna minnhom m’għadhomx jingħadu daqstant. Imma oħrajn ngħiduhom spiss, bħal din il-kelma…

mimmi

Fejn għandek mimmi, sabiħ?
Ħafna mill-kliem tat-trabi jkun sempliċi, b’ripetizzjoni ta’ ħoss jew sillaba, bħal mimmi, ħalli tkun faċli għat-trabi biex ilissnuh sakemm jitilqu lsienhom.
Bilħaqq, mimmi tfisser ukoll il-ħabba tal-għajn. Nużawha fl-idjoma jħobbha daqs il-mimmi t’għajnejh.

KelmaTifsiraEżempju
mimmiuġigħMikkin, għamel mimmi
bubba, bobbalibsa tal-bnietKemm għandek bubba sabiħa
qeqqèdaqqaTani qeqqè fuq idi
ninniorqodImmorru nninnu?
mammaommIrid imur il-mamma
tatapapàĠej it-tata ġej
żiżikarezziEjja nagħmlilha żiżi
titigażażaMela bit-titi tninni int?
wiwipipìGħamilt wiwi?
nunuraġelXejjirlu lin-nunu
tatàċawAgħmlilhom tatà, isa
xoxxiomħotXoxxi n-nażu
bambużarbunMur ħa jlibbsek il-bambu
gindatigdemAra jgindik it-tetu
barbarbarra, passiġġataImxi barbar
ċiċċi beqqibilqiegħdaĊiċċi beqqi fuqi

pappa

Din nużawha sew bħala verb, Ejja ħa tpappi, u sew bħala nom, Ħadtha l-pappa?
Anki fil-qwiel insibuha. L-ewwel il-pappa u mbagħad l-umpappa, jiġifieri l-ewwel aħseb għall-pappa, għall-ħobża ta’ kuljum, u wara għax-xalar u d-divertiment. Ngħidu wkoll Dak ipappiha, jiġifieri jaqlagħha bla inkwiet ta’ xejn.
M’għandniex xi ngħidu, ħafna mill-kliem tat-trabi jkun dwar l-ikel u x-xorb. Kul ħa tikber!

KelmaTifsiraEżempju
pappaikel, ħobżSpiċċa l-pappa
pappikulEjja ħa tpappi
kukkabajdaTridha l-kukka?
zizzupastizzTrid zizzu tal-irkotta?
zizulaħamIsa, kulu kollu z-zizu
ġuġuġobonKulu l-ġuġu ħa tikber
nejnaikel, minestraĦadtha n-nejna?
ċejċaħeluEjja ħa ntiha ċ-ċejċa
bumbubottle tal-ħalibMa tridux il-bumbu
bimba, buwaxorobEjja ħa ntik tbumbu
ġinġalarinġaTħobbha l-ġinġa?

ċuffa

Xi wħud huma onomatopejċi. Jimitaw il-ħoss ta’ dak li jfissru, bħal ċuffa, jiġifieri tgħum, tinħasel, iċċafaċaf. U dawn bħalhom.

KelmaTifsiraEżempju
ċuffatgħum, tixxarrabEjja nagħmlu ċuffa
buppħoss meta taqa'Ara tagħmel bupp
paqqakarozzaImmorru dawra bil-paqqa?
zinn zinnbandaAra ġejja z-zinn zinn
bummaħabtaMiskina, għamlet bumma
tuttużiemelAra ġej it-tuttu
beqqamogħżaKif tagħmel il-beqqa?

zizi

Semmejna t-tuttu, iż-żiemel, u l-beqqa, il-mogħża. L-annimali nsibuhom spiss fil-lingwaġġ tat-trabi. Kollha tafhom dawn l-ismijiet tal-annimali?

KelmaTifsiraEżempju
zizitiġieġItma' z-zizi
tetukelbAgħmillu ż-żiżi t-tetu
muċċufenekĦallih bi kwietu l-muċċu
pejxuqattusX'jismu l-pejxu ħi?
pizu, pipi, pipugħasfurIsma' x'jgħanni l-pizu
tutuħutAra t-tutu fl-akkwarju
beqqa, neqqamogħżaMissha l-beqqa, missha!
tuttużiemelTrid tirkeb it-tuttu?
bejżugendus, baqraEjja 'l hawn bejżu
qajżu, nejżuħanżirX'qed jiekol il-qajżu?
żiżuqażqużX'inhu ħelu ż-żiżu
xekkukanagħġaQed tninni x-xekkuka
nedduannimal domestikuGħandek neddu, eh?

 

patatina

Miskin, għandu l-patatina ħamra.
Mat-trabi kemm-il darba nużaw id-diminuttiv, l-aktar għal xi partijiet tal-ġisem. Imma hemm xi verbi wkoll.

KelmaTifsiraEżempju
patatinapatataNigdimlu l-patatina
koxxinakoxxaAjma dik il-koxxina
wejdaidAra jaħraq il-wejda
swejqa, sequqasieqGħolli s-swejqa, sabiħa
rwajsarasGħatti dik l-irwajsa
żaqquqażaqqBewsa fuq iż-żaqquqa
sinnunasinnaTielgħa s-sinnuna
bejkajibki u jeqredSe ddum tbejki?
mejxajimxi bilkemmIl-vavu beda jmejxi

 

Taf xi kelma oħra li nużaw maċ-ċkejknin?