Tagħwiġ l-ilsien

Patri minn Napli
Mar Kapri għall-papri.
Mela Napli m’hemmx papri
Biex patri minn Napli
Mar Kapri għall-papri?

Varjanti

Ir-Re tal-Ingilterra
Ġie Malta jixtri t-terra.
Mela l-Ingilterra m’hemmx terra
Biex ir-Re tal-Ingilterra
Ġie Malta jixtri t-terra?

Ir-Re ta’ Tripli
Ġie Malta jixtri l-pipi.
Mela r-Re ta’ Tripli
Ma sabx pipi fi Tripli
Biex ġie Malta jixtri l-pipi?

Ir-Re ta’ Katazzi
Mar Napli għat-tazzi
Għax tazzi f’Katazzi ma kienx hemm.
Li kieku kien hemm tazzi f’Katazzi,
Ir-Re ta’ Katazzi ma kienx imur Napli għat-tazzi.

Is-Sultan ta’ Batmiċatti
Ġie Malta jixtri l-platti ċatti.
Mela f’Batmiċatti m’hemmx platti ċatti
Biex is-Sultan ta’ Batmiċatti
Ġie Malta jixtri l-platti ċatti?

Ir-Re ta’ Patti bagħat hawn Malta
Jixtri l-platti ċatti.
Mela f’Patti m’hemmx platti ċatti
Biex ir-Re ta’ Patti bagħat hawn Malta
Biex jixtri l-platti ċatti?

Ir-Re ta’ Partazzi mar Napli għat-teżi
Għax ir-Re ta’ Partazzi ma kellu tazzi.
Kieku r-Re ta’ Partazzi kellu t-tazzi,
kieku r-Re ta’ Partazzi ma kienx imur Napli għat-tazzi

Ir-Re ta’ Putney ġie hawn Malta biex jixtri l-platti.
Mela f’Putney m’hemmx platti biex ir-Re ta’ Putney
ġie hawn Malta biex jixtri l-platti?

Taf xi verżjoni oħra ta’ dan it-tagħwiġ l-ilsien?