Qawl

Mitt bniedem mitt fehma

Varjanti

Mitt ras mitt fehma
Kulħadd fehmtu
Kulħadd kif jaħsibha

Kurżità

Bħal dan il-qawl insibu qwiel fit-Taljan Tante teste tanti pareri (Ħafna rjus ħafna fehmiet), fil-Franċiż Autant de têtes, autant d’avis (Daqstant irjus, daqstant fehmiet), fl-Ispanjol Cuantos hombres, tantos pareceres (Daqstant bnedmin, daqstant fehmiet) u fil-Ġermaniż So viele Köpfe so viele Sinne (Ħafna rjus ħafna fehmiet), fost l-oħrajn.

Ħajr
Aquilina, Joseph (1972) A Comparative Dictionary of Maltese Proverbs. Malta.