Il-verb ħareġ (jew seraq) nużawh bħala mudell biex niktbu verbi tal-ewwel forma bl-għ fin-nofs, bħal lagħab, bagħat, qagħad u xegħel.
| ħareġ | lagħab | ħareġ | lagħab |
|---|---|---|---|
| perfett | perfett | imperfett | imperfett |
| ħriġt | lgħabt | noħroġ | nilgħab |
| ħriġt | lgħabt | toħroġ | tilgħab |
| ħareġ | lagħab | joħroġ | jilgħab |
| ħarġet | lagħbet | toħroġ | tilgħab |
| ħriġna | lgħabna | noħorġu | nilagħbu |
| ħriġtu | lgħabtu | toħorġu | tilagħbu |
| ħarġu | lagħbu | joħorġu | jilagħbu |
Mela fuq |
niktbu |
| oħroġ ma’ sħabek | ilgħab ma’ sħabek |
| għada oħorġu flimkien | għada ilagħbu flimkien |
| jien noħroġ ma’ nannti | jien noqgħod ma’ nannti |
| noħorġu fil-kampanja | noqogħdu fil-kampanja |
| il-kelba ħariġha darbtejn | l-ittra bagħatha darbtejn |
| ilbieraħ erġajt ħriġthom | ilbieraħ erġajt bgħatthom |
| mill-ewwel ħarġithieli | mill-ewwel xegħlithieli |
| għadna ma ħriġniehx | għadna ma xgħelniehx |
| oħroġhuli issa | ibgħathuli issa |
| oħorġuhom kmieni | ibagħtuhom kmieni |