Qawl

Vapur b’żewġ kaptani ma jimxix

Varjanti

Bastiment b’ħafna kaptani ma jimxix
Bastiment b’ħafna/b’żewġ kaptani jegħreq
Bastiment b’bosta kaptani jmur travers

Tifsira

Proġett ma jistgħux imexxuh tnejn min-nies fl-istess ħin

Kurżità

L-Eġizzjani jgħidu El markeb elli liha rayyesein teghraq, jiġifieri l-bastiment b’żewġ kaptani jegħreq. Fit-Tork, fiċ-Ċiniż u fid-Daniż għandhom qawl simili: Żewġ kaptani l-bastiment jgħarrquh. Bl-Isqalli jgħidu Pri li tanti piloti la navi si perdi, bit-Taljan Per i tanti piloti la nave si perde, jiġifieri bastiment b’bosta kaptani jintilef. L-istess idea nsibuha fil-qawl Ingliż Too many cooks spoil the broth, u fil-qawl Persjan B’żewġ kokien, is-soppa jew tiġi mielħa jew tiġi bla togħma. Bil-Malti ngħidu wkoll Dar b’żewġ nisa maħmuġa, jiġifieri t-tmexxija tad-dar trid tkun fdata f’idejn mara waħda biss.

Ħajr
Aquilina, Joseph (1972) A Comparative Dictionary of Maltese Proverbs. Malta.
Manduca, Joseph u Ġorġ Mifsud Chircop (1989) Il-Qawl Iqul: Ġabra ta’ Qwiel Maltin. Malta.