Ħaġa moħġaġa

Twil tawwal
Saqajh munxar
Rasu fula
Għajnejh kemmuna

Biex tara t-tweġiba, agħżel il-kitba t’hawn taħt.
Tweġiba: ġurad

 

Għaliex: Dan l-insett ġej għat-tul, għalhekk tawwal (bit-tieni a twila), ma’ saqajh għandu s-sikkina jew il-munxar, tip ta’ serrieq, rasu żgħira daqs fula u għajnu qisha żerriegħa tal-kemmun (cumin bl-Ingliż).

Ħajr
Cassar Pullicino, Ġużè (2003) Ħaġa Moħġaġa u Taħbil il-Moħħ Ieħor. Malta.