Sal-Aħħar
kliem Alfred C. Sant, mużika Ray Agius

Fid-dlam moħbija, fis-skur tal-lejl
Ħsiebi biss fik u f’dik il-wegħda f’għajnejk
Moħħi jistqejqer kull xħin narak
Int xmara ferħ, mogħdija ward u żahar
Kien hemm is-sejħa dik li l-qalb tant tixtieq
Fjamma li turi t-triq

Sal-aħħar nifs flimkien
Qalbi, sal-aħħar tarf taż-żmien
Bdejna bħal ħbieb
Sibna l-hena u t-tgawdija
Ġenna għalina t-tnejn

Sal-aħħar ward tal-ġnien
Nisma’ l-eku fil-bogħod sat-tmiem
Lilek ħabbejt
Għall-bieraħ u għal dejjem
Lilek u bħalek xejn

Inti kullana ta’ tifkiriet
Kull xħin titbissem ninsa kull inkwiet
It-toroq tagħna miksija fjur
Agħtini jdejk u ħalli d-dinja ddur
Il-kwiekeb żgħar li jafu bl-isbaħ ġejjien
Ingawduh int u jien

Sal-aħħar nifs flimkien
Qalbi, sal-aħħar tarf taż-żmien
Bdejna bħal ħbieb
Sibna l-hena u t-tgawdija
Ġenna għalina t-tnejn

Sal-aħħar ward tal-ġnien
Nisma’ l-eku fil-bogħod sat-tmiem
Lilek ħabbejt
Għall-bieraħ u għal dejjem
Lilek u bħalek xejn

Sal-aħħar nifs flimkien
Qalbi, sal-aħħar tarf taż-żmien
Bdejna bħal ħbieb
Sibna l-hena u t-tgawdija
Ġenna għalina t-tnejn
Sal-aħħar ward tal-ġnien
Nisma’ l-eku fil-bogħod sat-tmiem