Taqbila
Nannakola
Mur l-iskola
Aqbad siġġu
U ibda ogħla
Varjanti
Xi wħud fl-aħħar iżidu żewġ versi oħra fit-tarf:
Ġibli pinna u klamar
Ħa npinġilek ras ta’ ħmar
Is-Siġġiewi n-nannakola xi wħud isejħulha semperlina. U t-taqbila jgħiduha hekk:
Semperlina
Dur id-dawra
Tal-Imdina
Idħol l-iskola
Aqbad siġġu
U ibda ogħla
Taf xi verżjoni oħra ta’ din it-taqbila?