Il-verb ħareġ (jew seraq) nużawh bħala mudell biex niktbu verbi tal-ewwel forma bl-għ fin-nofs, bħal lagħab, bagħat, qagħad u xegħel.
ħareġ | lagħab | ħareġ | lagħab |
---|---|---|---|
perfett | perfett | imperfett | imperfett |
ħriġt | lgħabt | noħroġ | nilgħab |
ħriġt | lgħabt | toħroġ | tilgħab |
ħareġ | lagħab | joħroġ | jilgħab |
ħarġet | lagħbet | toħroġ | tilgħab |
ħriġna | lgħabna | noħorġu | nilagħbu |
ħriġtu | lgħabtu | toħorġu | tilagħbu |
ħarġu | lagħbu | joħorġu | jilagħbu |
Mela fuq |
niktbu |
oħroġ ma’ sħabek | ilgħab ma’ sħabek |
għada oħorġu flimkien | għada ilagħbu flimkien |
jien noħroġ ma’ nannti | jien noqgħod ma’ nannti |
noħorġu fil-kampanja | noqogħdu fil-kampanja |
il-kelba ħariġha darbtejn | l-ittra bagħatha darbtejn |
ilbieraħ erġajt ħriġthom | ilbieraħ erġajt bgħatthom |
mill-ewwel ħarġithieli | mill-ewwel xegħlithieli |
għadna ma ħriġniehx | għadna ma xgħelniehx |
oħroġhuli issa | ibgħathuli issa |
oħorġuhom kmieni | ibagħtuhom kmieni |