Il-verb kiser (jew kiber) nużawh bħala mudell biex niktbu verbi tal-ewwel forma bl-għ fit-tarf, bħal beża’, qata’, neża’, baqa’, u laqa’.
| kiser | beża' | kiser | beża' |
|---|---|---|---|
| imperfett | imperfett | perfett | perfett |
| nikser | nibża' | ksirt | bżajt |
| tikser | tibża' | ksirt | bżajt |
| jikser | jibża' | kiser | beża' |
| tikser | tibża' | kisret | beżgħet |
| niksru | nibżgħu | ksirna | bżajna |
| tiksru | tibżgħu | ksirtu | bżajtu |
| jiksru | jibżgħu | kisru | beżgħu |
Mela fuq |
niktbu |
| kisritli sebgħi | qatgħetli sebgħi |
| iż-żgħar tiksruhomx | iż-żgħar taqtgħuhomx |
| jiksirhielek | jilqagħhielek |
| kisirlek ħafna | baqagħlek ħafna |
| niksruhom malajr | ninżgħuhom malajr |
Imma meta t-tieni konsonanti tal-verb tkun l, m, n jew r, bħal tela’, sema’, żera’, il-mudell li nużaw hu ħareġ (jew seraq).
| ħareġ | sema' | ħareġ | sema' |
|---|---|---|---|
| imperfett | imperfett | perfett | perfett |
| noħroġ | nisma' | ħriġt | smajt |
| toħroġ | tisma' | ħriġt | smajt |
| joħroġ | jisma' | ħareġ | sema' |
| toħroġ | tisma' | ħarġet | semgħet |
| noħorġu | nisimgħu | ħriġna | smajna |
| toħorġu | tisimgħu | ħriġtu | smajtu |
| joħorġu | jisimgħu | ħarġu | semgħu |
Mela fuq |
niktbu |
| il-patata noħorġuha | il-patata naqilgħuha |
| dawk toħorġuhomx | dawk tiżirgħuhomx |
| toħroġhom kollha | tiblagħhom kollha |
| ma noħorġux f’daqqa | ma nitilgħux f’daqqa |
| se joħorġu kanzunettta | se jisimgħu kanzunetta |
Jekk l-ewwel konsonanti tal-verb tkun dgħajfa, bħal f’waqa’ u weġa’, ara din in-nota.