Il-kelma laħam (jew xaħam) nużawha mudell biex niktbu kliem li għandu h jew għ fin-nofs, bħal dahar, sehem, xogħol u xagħar.
| laħam | dahar | sehem | xagħar | xogħol |
|---|---|---|---|---|
| laħmi | dahri | sehmi | xagħri | xogħli |
| laħmek | dahrek | sehmek | xagħrek | xogħlok |
| laħmu | dahru | sehmu | xagħru | xogħlu |
| laħamha | daharha | sehemha | xagħarha | xogħolha |
| laħamna | daharna | sehemna | xagħarna | xogħolna |
| laħamkom | daharkom | sehemkom | xagħarkom | xogħolkom |
| laħamhom | daharhom | sehemhom | xagħarhom | xogħolhom |
Hekk ukoll, il-plural ta’ xogħol jinkiteb xogħlijiet fuq il-mudell laħmijiet.