Ħaġa moħġaġa

Tnejn jaħdmu
Tnax mistrieħa
Wieħed jixxejjer
U kulħadd għassa

Biex tara t-tweġiba, agħżel il-kitba t’hawn taħt.
Tweġiba: arloġġ

 

Għaliex: It-tnejn jaħdmu huma l-minutiera u s-sigħatiera tal-arloġġ. It-tnax mistrieħa huma n-numri li juru s-sigħat. Il-wieħed jixxejjer hu l-pendlu tal-arloġġ. U aħna lkoll għassa biex naraw x’ħin sar.

Ħajr
Cassar Pullicino, Ġużè (2003) Ħaġa Moħġaġa u Taħbil il-Moħħ Ieħor. Malta.