Ħaġa moħġaġa

Tal-art tiekol ta’ barra
Tal-baħar tiekol ta’ ġewwa

Biex tara t-tweġiba, agħżel il-kitba t’hawn taħt.
Tweġiba: tamla/tamra

 

Għaliex: Il-kelma tamal nużawha kemm għall-frott tal-art (bl-Ingliż dates) u kemm għall-frott tal-baħar (bl-Ingiż date shells jew date mussels). Minn tal-art nieklu l-laħam ta’ barra u narmu l-għadma ta’ ġewwa. U minn tal-baħar, bil-kontra. Narmu l-qoxra ta’ barra u nieklu l-laħam ta’ ġewwa.

Ħajr
Cassar Pullicino, Ġużè (2003) Ħaġa Moħġaġa u Taħbil il-Moħħ Ieħor. Malta.