Il-verb ħasel (jew kiteb) nużawh bħala mudell biex niktbu verbi tal-ewwel forma bl-h fin-nofs, bħal fehem, deher, xehed, sahar, u xeher
ħasel | fehem | ħasel | fehem |
---|---|---|---|
imperfett | imperfett | perfett | perfett |
naħsel | nifhem | ħsilt | fhimt |
taħsel | tifhem | ħsilt | fhimt |
jaħsel | jifhem | ħasel | fehem |
taħsel | tifhem | ħaslet | fehmet |
naħslu | nifhmu | ħsilna | fhimna |
taħslu | tifhmu | ħsiltu | fhimtu |
jaħslu | jifhmu | ħaslu | fehmu |
Mela fuq |
niktbu |
ma ħsilthomx | ma fhimthomx |
jaħsluha | jifhmuha |
ħasilli | deherli |
il-mara taħslilha | il-mara tidhrilha |
Hekk ukoll niktbu:
mifhum bħal maħsul
fehim bħal ħasil
fehma bħal ħasla