Ħaġa moħġaġa

Iktar ma tkun sħuna
Iktar tkun friska

Biex tara t-tweġiba, agħżel il-kitba t’hawn taħt.
Tweġiba: bajda


Għaliex: 
Bajda li tkun għadha kemm inbiedet tkun sħuna. U għax tkun sħuna, tkun friska.
Peress li friska għandha tifsira oħra, il-maqlub ta’ sħuna, din il-kelma qiegħda hemm biex tfixklek u tiżvijak, kif taf tagħmel il-ħaġa moħġaġa.

Ħajr
Cassar Pullicino, Ġużè (2003) Ħaġa Moħġaġa u Taħbil il-Moħħ Ieħor. Malta.