Kuċċlu

Xi ħadd ħelu, tal-gdim, li kif tarah ikollok aptit tgħaffġu u tagħsru
Kemm intom kuċċli flimkien
Vera ġejt kuċċla f’dan ir-ritratt

Tintuża wkoll għal annimali u oġġetti ħelwin ħafna, li tiggustahom
Nixtieq kelb żgħir u kuċċlu

Kurżità

Il-kelma kuċċlu (fem. kuċċla, pl. kuċċli) ġejja mit-Taljan cucciolo, jiġifieri ġeru jew il-ferħ ta’ mammiferi oħrajn. Minn kuċċlu noħorġu n-nomi kuċċliżmu u kuċċlaġni, it-tnejn ifissru ħlewwa esaġerata
X’kuċċliżmu fihom it-tfal t’oħtok