Il-Malti jħobbha wisq il-karozza. Qisha t-tieni dar tiegħu. Jagħmel kollox fil-karozza: isuq u jibgħat messaġġ, jiekol il-pastizzi, jgħawwar fi mnieħru, jagħmel il-pasturi ħelwin u jifflikkjahom barra mit-tieqa, iċekċek mat-tfajla fl-imwarrab… U hemm, fl-imwarrab, jibdew l-assoċjazzjonijiet bejn il-karozza u ċ-ċekċik. Biex tkompli taqra, irid ikollok il-liċenzja tas-sewqan ?

il-fanali u l-gear lever

Il-partijiet tal-karozza jsiru l-partijiet ta’ ġisimna. Il-fanali sider il-mara (X’par fanali għandhaGħandha par fog lamps ommi ma) u l-bagoll il-warrani (X’naqa ta’ bagoll għandha). Jekk ikollha sidirha kbir tkun armata, bħal karozza bl-ispoiler, ir-rimmijiet u t-turbo. U jekk ikollha figura perfetta, jgħidu li tkun bil-full extras. Imbagħad hemm il-gear lever, il-parti tar-raġel (Tgħidx kif daħħalhulha l-gear lever) u l-gearbox, li tinkludi l-pakkett kollu (Aħħ x’daqqa qala’ fil-gearbox). U la qegħdin fiha, qis li ma tħallix il-garaxx miftuħ, sieħbi.

intiha service

Jekk tisma’ tali jitħaddet fuq meta mar itiha service, u meta ċċekkjalha ż-żejtbill id-dipstick, inkella meta saħnitlu u qasmilha x-shock absorbers, jew meta qalgħalha x-xażi (chassis) bla ma żamm il-brejkijiet, m’għandekx għax taħseb, mhux fuq it-test tal-VRT ikun qed jitkellem.

il-qrun

Ħdejn iż-żewġ dadi roża tas-suf imdendlin mal-mera jitbandlu mas-siġra tal-air freshner, ftit ‘il fuq mis-santa tal-Madonna ta’ Pinu bil-verbum dei caro factum est, il-Malti jħobb idendel il-qrun. Għar-risq u għax l-imħabba bħall-karozza:

Hemm min waħda biss ikollu
Jibqa’ magħha jkun xi jkun

Oħrajn, iżda, differenti
Fil-karozza jdendlu l-qrun!


il-karozza ta’ Ġanninu

Awtur Malti – mhux affarik min hu – darba kiteb din il-ġrajja dwar il-karozza ta’ Ġanninu:

“Jien kont naħseb li Ġanninu jieħu gost jirkibni. Imma meta rajtu jirkeb lil Ġannina, indunajt li jiena ma kont infisser xejn għalih. Kien ukoll mingħalija li r-radiator tiegħi biss jisħon u jagħli. Imma naċċertakom li ta’ Ġannina jaf jisħon wisq aktar minn tiegħi. Kont ukoll nieħu gost meta nħoss lil Ġanninu jdaħħalli l-gerijiet… imma ħej mid-dehra Ġannina tieħu gost iktar minni meta jdaħħlilha l-first għax tgħidx xi ħsejjes bdiet tagħmel.

Kont naħseb ukoll li ħadd ma jaf jispara ġett akbar minn tiegħi meta jagħfsuli l-buttuna tal-iscreen wash, imma ma domtx ma indunajt li dan mhu xejn ħdejn il-ġett li jaf jispara Ġanninu. B’ħaġa waħda biss ħadt gost. It-tajers tal-lastiku tiegħi spiss jieħdu panċer, u l-lastiku ta’ Ġanninu ġralu l-istess. U tgħidx x’għaġeb għamel. Ħaqqu!”