Qawl

Il-ħuta minn rasha tinten

Varjant

Il-ħuta tibda tinten minn rasha

Tifsira

Fil-familja, f’għaqda, f’kumpanija, f’istituzzjoni, u l-bqija, l-iżbalji ħafna drabi jkunu ġejjin minn fuq nett.

Kurżità

Dan il-qawl insibuh f’bosta ilsna, bħall-Ġermaniż (Der Fisch stinkt vom Kopf her), it-Taljan (Il pesce puzza dalla testa), u l-Isqalli (Lu pisci feti di la testa), li lkoll ifissru l-ħuta tinten minn rasha. Qawl eqdem Taljan jgħid Il pesce comincia a putir dal capo, jiġifieri l-ħuta tibda tinten minn rasha. Hekk ukoll jgħidu t-Torok, is-Sloveni, il-Griegi, u popli oħrajn.

Ħajr
Aquilina, Joseph (1972) A Comparative Dictionary of Maltese Proverbs. Malta.
Manduca, Joseph u Ġorġ Mifsud Chircop (1989) Il-Qawl Iqul: Ġabra ta’ Qwiel Maltin. Malta.