Qawl
Il-ħuta minn rasha tinten
Varjant
Il-ħuta tibda tinten minn rasha
Tifsira
Fil-familja, f’għaqda, f’kumpanija, f’istituzzjoni, u l-bqija, l-iżbalji ħafna drabi jkunu ġejjin minn fuq nett.
Kurżità
Dan il-qawl insibuh f’bosta ilsna, bħall-Ġermaniż (Der Fisch stinkt vom Kopf her), it-Taljan (Il pesce puzza dalla testa), u l-Isqalli (Lu pisci feti di la testa), li lkoll ifissru l-ħuta tinten minn rasha. Qawl eqdem Taljan jgħid Il pesce comincia a putir dal capo, jiġifieri l-ħuta tibda tinten minn rasha. Hekk ukoll jgħidu t-Torok, is-Sloveni, il-Griegi, u popli oħrajn.