Tagħwiġ l-ilsien

Ħawħa mħawla
f’ħamrija ħamra
f’ħawt wara ħajt
f’Ħal Għargħur

Varjanti

Ħawħa ħamra mħawla
fil-ħamrija ħamra fil-ħawt
ta’ Ħal Għargħur

Ħa ħi ħawħa,
ħudha, ħawwilha f’ħawt
f’ħamrija ħamra f’Ħal Għargħur

Ħawwilt ħawħa ħelwa
f’ħawt ħamrija ħamra
f’tarf Ħal Għargħur

Harry ħawwel ħawħa ħamra
fil-ħamrija ta’ Ħal Għargħur