Għajnejn sbieħ 2019-02-14T14:24:54+00:00

Project Description

Għajnejn sbieħ
kliem u mużika ta’ Manwel Mifsud

Għajnejn sbieħ,
bħalm’għandek inti,
jiena ma rajtx,
jiena ma rajtx.

Għajnejn sbieħ,
bħalm’għandek inti,
jiena ma rajtx,
jiena ma rajtx.

Jien kont rajt
il-kwiekeb f’nofs ta’ lejl
u ħsibt li isbaħ minnhom
ma hemm xejn.

Jien kont rajt
għajnejn it-tulipan
u ħsibt illi m’hemm xejn
isbaħ minn dawn.

F’dan is-skiet ġew ikellmuni
is-sbieħ għajnejk,
is-sbieħ għajnejk.
F’dan id-dlam ġew u ħarbtuni
is-sbieħ għajnejk.

Jien kont rajt
il-kwiekeb f’nofs ta’ lejl
u ħsibt li isbaħ minnhom
ma hemm xejn.

Jien kont rajt
għajnejn it-tulipan
u ħsibt illi m’hemm xejn
isbaħ minn dawn.

Kemm xewqat u kemm misteri,
is-sbieħ għajnejk,
is-sbieħ għajnejk.
Kemm demgħat u ljieli mqajma
għas-sbieħ għajnejk.

Jien kont rajt
il-kwiekeb f’nofs ta’ lejl
u ħsibt li isbaħ minnhom
ma hemm xejn.

Jien kont rajt
għajnejn it-tulipan
u ħsibt illi m’hemm xejn
isbaħ minn dawn.

Għajnejn sbieħ,
bħalm’għandek inti,
jiena ma rajtx,
jiena ma rajtx.

Għajnejn sbieħ,
bħalm’għandek inti,
jiena ma rajtx,
jiena ma rajtx.