Taqsira ta’ benedizzjoni, li ġejja mit-Taljan benedizione,
mill-verb benedire, magħmul minn bene, tajjeb, u dire, tgħid,
jiġifieri tgħid it-tajjeb, tbierek

Benezzjoni jew benedizzjoni hi tislim ta’ rispett li ngħidu lill-ġenituri, lin-nanniet u lill-qassisin biex iberkuna. U huma jwieġbu Tkun imbierek/imbierka jew Kun imbierek/imbierka. Forma oħra hi benediċte.